Jiem biss wara li ġie inawgurat mill-Prim Ministru u l-Ministru għall-Kultura, il-MUŻA jinsab fuq fomm kulħadd mhux biss minħabba l-istennija kbira li kien hemm għalih, iżda anke minħabba l-isem li ngħata.
MUŻA hija donna logħba bil-kliem eċċellenti li wieħed jassoċja mas-settur kulturali, mal-ħsieb, mal-kreattività. Dawn huma biss uħud mill-ingredjenti li magħuġna flimkien, sawwru l-kunċett għall-Mużew Nazzjonali tal-Arti l-ġdid.