Tliet irġiel se jinżammu fil-kustodja tal-Pulizija wara li tressqu l-Qorti b’rabta mal-każ ta’ 870,000 sigarett tal-kuntrabandu li ddaħħlu Malta fuq dgħajsa minn Sqallija.James Azzopardi ta’ 29 sena minn Ħal Qormi, James Spiteri ta’ 29 sena minn Ħal Qormi, u Redeemer Camilleri mill-Marsa, dehru quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo aktar kmieni llum.
Hawnhekk instema’ kif l-irġiel inqabdu f’vann maħsub biex iwassal is-sigaretti mid-dgħajsa. Rappreżentant mid-Dipartiment tad-Dwana qal li s-sigaretti qed jinżammu f’post sikur fi ħdan id-dipartiment.
It-tliet akkużai wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u talbu għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba, speċjalment minħabba reati kriminali oħra li wettaq James Azzopardi. Jidher li dan kien għamel xi żmien il-ħabs fuq akkużi simili.
Il-Qorti caħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li t-tliet irġiel jinżammu arrestati mill-Pulizija.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/11/08/il-pulizija-bqabda-ta-kwazi-miljun-sigarett-iehor-tal-kuntrabandu/