L-ajruport internazzjonali ta’ Malta jinsab biss pass ‘il bogħod milli jilħaq il-mira tiegħu li minnu jgħaddu 6,800,000 passiġġier. Filfatt sa issa għaddew mill-ajruport f’Ħal Luqa, kważi sitt miljun passiġġier.
Dan ifisser żieda t’aktar minn 13% meta mqabbel mal-istess perjodu fuq is-snin ta’ qabel.
Kif mistenni l-passiġġieri mir-Renju Unit, l-Italja u Franza kienu fost l-aktar li rifsu l-ajruport f’Malta iżda kien hemm żieda notevoli ta’ passiġġieri minn Spanja.
Fil-fatt, permezz ta’ rotot ġodda minn dan il-pajjiż meta mqabbel mas-sena ta’ qabel iż-żieda mis-suq Spanjol kienet ta’ ftit aktar minn 45%.