Daphne Caruana Galizia hija waħda mill-persuni li fi żmien li Simon Busuttil kien imexxi ċ-ċentru informazzjoni dwar id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, l-MIC, ħallas bħala waħda mill-konsulenti tiegħu.
Mhux magħruf preċiżament x’kienet il-konsulenza li Busuttil kien jieħu mingħand Carauna Galizia u mit-tagħrif disponibbli lanqas huwa ċar jekk Busuttil qabbadx lil Caruana Galizia b’direct order jew sejħa għall-offerti.
Peró jirriżulta li f’perjodu ta’ ftit xhur biss Daphne Carauna Galizia ħadet mat-tmintax –il elf ewro.
Għax għal Busuttil Caruana Galizia hija persuna importanti ħafna.
Minkejja li mċanfra fir-rapport tat-telfa elettorali tal-Partit Nazzjonalista llum hija parti integrali mill-kampanja tal-istes partit.
Deputati jikkwotaw artikli tagħha fil-Parlament, mid-Dar Ċentrali jgħaddulha t-tagħrif biex tikteb fuq in-nies u saħansitra l-irwol tagħha jkun diskuss fil-laqgħat ta’ strateġija tal-Partit Nazzjonalista.
Caruana Galizia ma kinetx l-unika li tixhed kif meta fi tmexxija Busuttil jaġixxi ferm differenti minn kif jitkellem. Għax meta Simon Busuttil kien il-kap tal-Malta-EU Information Centre daħħal miegħu 17-il persuna ta’ fiduċja tiegħu barra miċ-ċivil. B’ħafna minnhom jispiċċaw f’impjiegi b’rabta mal-PN u saħansitra kandidati.
Intant, din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Silvio Schembri lill-Ministru Helena Dalli.