Il-kampanja tal-elezzjoni ta’ nofs it-terminu fl-Istati Uniti daħlet fl-aħħar jum tagħha. Dan il-vot qed ikun ikkunsidrat bħala verdett fuq il-presidenza ta’ Donald Trump.Id-Demokrattiċi fl-Oppożizzjoni qed jittamaw li jerġgħu jieħdu kontroll tal-Kamra tar-Rappreżentanti, filwaqt li r-Repubblikani jridu jsaħħu l-kontroll tagħhom fis-Senat.
Il-persentaġġ ta’ nies li se joħorġu jivvutaw mistenni jkun kbir, b’iktar minn erbgħa u tletin miljun Amerika diġà vvutaw f’din l-elezzjoni.