Il-Kummissarju Ewropew Malti Karmenu Vella ngħata premju prestiġjuż għall-ħidma tiegħu fil-protezzjoni u preservazzjoni tal-Oċeani.
Il-premju, German Ocean Award ingħata wara li l-Kummissjoni Ewropea tat €300 miljuni oħra għal oċeani aktar nodfa u siguri.Il-Kummissarju Vella qal li dan il-premju jirriffletti bis-sħiħ l-importantza ta’ diversi miżuri li ttieħdu fosthom dik l-aktar riċenti dwar il-plastik, miżura li se tnaqqas it-tniġġiż fl-ibħra.
S’issa wkoll 10% ta’ żoni fl-ibħra madwar l-Ewropa, inkluż f’Malta, għandhom il-Protezzjoni Marittima, miżura li se tħalli effet pożittiv fil-konservazzjoni u l-ekonomija ta’ dawn iż-żoni.
Dan il-premju jingħata minn rapreżentant Ġermaniż lill-individwi li juru interess jew jaħdmu bis-sħiħ biex jiġu protetti u preservati l-oċeani.