L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA ħabbret li fuq talba tagħha, il-Bank Ċentrali Ewropew irtira l-liċenzja tal-Bank Pilastus.
Fi stqarrija l-MFSA qalet li l-Kunsill tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropewa iddeċieda li jirtira l-liċezja tal-bank b’effett mil-lum.Żied jingħad li s-Sur Lawrence Connell se jibqa’ l-persuna kompetenti biex iżomm ir-riedni tal-Bank.
Żiedet tgħid li l-miżuri regolatorji kollha li ttieħdu b’rabta mal-bank se jibqgħu fis-seħħ sakemm ma joħroġx avviż ieħor.
F’Marzu li għadda, l-MFSA ħarġet direttiva biex il-bank ma jiddepożitax, jillikwidax u lanqas jittrasferixxi l-assi u l-flejjes tal-klijenti.