MPO VALLETTA 2018 INTERNATIONAL TOUR ser jibda hawn Malta b’kunċert li ser jibda fl-24 ta’ Novembru f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi fejn ser tindaqq il-poeżija sinfonika Rebbieħa li hija miktuba mill-kompożitur Għawdxi l-mibki Joseph Vella.Apparti Malta, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta li ser tikkonsisti f’70 mużiċist ser ikunu qegħdin idoqqu f’Philadelphia, f’North Bethesda u fi New York. Minbarra dawn il-wirjiet mużikali f’teatri prestiġġjużi ta’ dawn l-istati, l-Orkestra Filarmonika ser tkun qed iddoq ukoll ġewwa Moska u San Pietruburgu.
Preżenti għal din it-tnedija kien hemm il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici, akkumpanjat miċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef flimkin maċ-Chairman tal-Orkestra Filarmonika f’Malta Sigmund Mifsud. Ilkoll kemm huma fissru dan it-tour internazzjonali bħala proġett kbir u sinjifikanti għall-istorja mużikali f’pajjiżna.
Dan it-tour qed jiġi organizzat mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta flimkien mal-Fondazzjoni Ewropea għall-Appoġġ tal-Kultura li hija mmexxija mill-President Konstantin Ishkhanov. Apparti minnhekk, dan it-tour internazzjonali qiegħed jiġi organizzat bis-sehem ta’ VALLETTA 2018.