Inħasdet ħesrem il-ħajja ta’ żewġ familji li nġarrew mill-ilmijiet li daħlu fi djarhom fi Sqallija kawża tal-maltemp qawwi li qed jaħkem partijiet sostanzjali tal-Italja.
Disa’ persuni – fosthom tfal ta’ sena u tliet snin, u adoloxxenti ta’ ħmistax, flimkien man-nanniet tagħhom, tilfu ħajjithom f’dan l-inċident li seħħ f’Casteldaccia.
F’inċident separat fi Sqallija mietu tliet persuni oħra li kienu fil-karozzi tagħhom.
L-għargħar u l-maltemp li ddomina lill-Italja fl-aħħar jiem, fosthom f’Venezja, ħalla minn tal-inqas sbatax-il persuna mejta.