Anzjana Franċiża ta’ 70 sena ndarbet gravi wara li ħabtet f’arblu tad-dawl f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tat-15:00 fi Triq Burmarrad, San P awl il-Baħar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li mara Franċiża ta’ 70 sena residenti l-Mellieħa x’aktarx tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha, tat-tip Peugeot 106, u baqgħet dieħla f’arblu tad-dawl.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija d war dan l-inċident għadhom għaddejjin.