Il-fortuna titbissem lil dawk li huma ta’ rieda tajba.
Frażi li kienet fuq fomm ħafna hekk kif wara ġimgħa bix-xita feġġ temp mill-isbaħ b’xemx tiżreġ fuq l-eluf ta’ parteċipanti li għal sena oħra attendew bi ħġarhom għall-għaxar edizzjoni tal-Fun Run tal-President.
Appuntament li fih il-flus miġbura jmorru fil-karus nazzjonali tas-solidarjetá mmexxi mill-Malta Community Chest Fund.
Eluf ta’ persuni għażlu li jingħaqu mal-President Marie Louise Coleiro Preca fosthom iċ-ċkejken Nigel Spiteri li iktar kmieni din is-sena ġie lura Malta b’qalb ġdida wara li qatta’ 10 xhur l-Ingilterra jistenna donazjoni ta’ qalb li taqbel miegħu.Ir-raġel tal-President is-Sur Edgar Preca ddeskriva dan l-avveniment bħala esperjenza li jixtieq li jibqa’ jgħixha għal dejjem.
Ir-raġel tal-President, is-Sur Edgar Preca, qal li “Esperjenza li nixtieq nibqa’ ngħixa ngħid il-verità. Is-sabiħa tagħhom dawn l-attivitajiet huwa li qed ngħinu mingħajr ma nafu lil ħaddieħor. Għax int li tgħin lill-familjari tiegħak jew xi ħadd li jiġi minnek tiġik kważi naturali imma tgħin lil ħaddieħor li qas biss tafu turi l-qalb kbira tal-Maltin.”
Din is-sena l-ġirja telqet mir-Rabat bid-distanza totali sal-Belt tkun ta’ ftit aktar minn ħdax il-kilometru.
Oħrajn għażlu li jimxuha minn postijiet bħall-Università ta’ Malta, Raħal Ġdid u Santa Venera.
Għal ħafna din ma kinitx l-ewwel darba li ħadu sehem f’din l-attività għall-karità.
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li minkejja li din hija l-aħħar Fun Run taħt il-Patroċinju tagħha, xorta tibqa’ impresjonata bil-qalb kbira tal-Maltin.
Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet kif “Inħoss ħajr kbir ġo qalbi u ferħ kbir ġo qalbi li ngħid li l-poplu taħgna jħoss il-valur kbir tas-solidarjetá. Valur li tawulna ommijiet u missirijietna imma wkoll inħoss ħajr kbir f’qalbi għall- voluntiera kollha li ilhom xhur sħaħ xhur jiġifieri din il-Fun Run ta’ illum tkun il-kulminu ta’ ħafna sagrifiċċju u tbatija minn għadd ta’ voluntiera li jaħdmu flimkien biex propja bħal illum inkunu nistgħu nimxu flimkien lejn il-Belt.”
Fi tmiem l-attività fi Pjazza San Ġorġ l-Aġent Prim Ministru Chris Fearne f’isem il-poplu Malti ppreżenta donazzjoni ta’ ħmistax-il elf ewro. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kien ukoll preżenti għall-attivià.
Kull min ħa sehem ta donazzjoni ta’ għaxar ewro.
Ritratt: IRIS