Fit-tieni jum ta’ ġbir tal-borża bajda fil-gżejjer Maltin inġabru 100 tunnellata oħra ta’ skart organiku. Borża li tinkludi fiha ikel imsajjar u nej inkluż l-għadam, il-ħut u l-frott tal-baħar, ħobż u għaġin, frott u ħaxix immuffatti, qxur tal-frott u ħxejjex, boroż tat-te u kafè mitħun, qxur tal-bajd, srievet tal-karti u karti maħmuġin, weraq u fjuri.
Huma eluf ta’ residenti li qed jimxu kif sippost skont dak mitlub fejn qed joħorġu l-borża mitluba skont il-jum allokat għal-lokalità tagħhom. F’24 siegħa huma diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex li laqgħu din il-kampanja bin-nurmu ta’ residenzi joħorġu l-borża l-bajda iżdied.
Il-ġbir tal-borża l-bajda fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex kollha jsir kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.