Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius, ipprova jimplika fil-Parlament li Egrant tista’ tkun tal-Partit Laburista. Dan għax qal li l-Partit Laburista qatt ma ċaħad li Egrant hi tiegħu.
Iżda, meta kien iffaċċjat mid-Deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi li qallu ċar u tond li din hi gidba, David Agius qam jagħmel numru ta’ point of orders u beda jgħid li kull ma għamel kienet mistoqsija.
Egrant tibqa’ waħda mill-ikbar gidbiet tal-Partit Nazzjonalista u wara li qalu li hi tal-Prim Ministru jew familtu, Agius ħareġ jipprova jimplika li hi tal-Partit Laburista. Mal-mument li Zrinzo Azzopardi qallu fil-Parlament li hi gidba Agius beda jirtira u beda jinsisti li kull ma għamel kienet mistoqsija.
Għall-mistoqsija ta’ Agius kienu diġà rreaġixxa l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph De Battista li fuq il-midja soċjali qallu li qed jigdeb.