Kull min se jkun qed jieħu sehem fil-Fun Run tal-President se jkun jista’ jibbenefika minn trasport b’xejn. Dan hekk kif il-Malta Public Transport ħabbret li għall-għaxar edizzjoni tal-Fun Run għas-Solidarjetà tal-President, nhar il-Ħadd 4 ta’ Novembru se tkun qed toffri l-vjaġġi b’xejn. Il-kumpanija qed toffri vjaġġi mingħajr ħlas fuq ir-rotot kollha għall-parteċipanti li jkunu liebsa T-Shirts jew il-bib uffiċjali tal-attività, mis-7:00 sas-14:00.
Malta Public Transport fi stqarrija spjegat kif dejjem appoġġjat din l-inizzjattiva u, permezz ta’ din is-soluzzjoni tat-trasport faċli, tixtieq tinkoraġixxi aktar nies biex jieħdu sehem fil-Fun Run b’riżq il-Malta Community Chest Fun Foundation.