Utopian Nights qed jistieden lill-pubbliku biex jinvolvi ruħu ma’ kwistjonijiet speċifiċi kontemporanji li jippromwovu l-idea ta’ soċjetà aktar inklussiva. Flimkien ma’ artisti u ħassieba lokali kif ukoll internazzjonali, il-pubbliku se jipparteċipa fi sforz kollettiv li għandhu l-għan li jiddesinja utopja, soċjetà alternattiva għal ġejjieni aħjar.
L-edizzjoni li jmiss, The Utopian Nights on Commons, se sseħħ fit-23 u l-24 ta’ Novembru, fi Ġnien is-Serenità, f’Santa Luċija.
Din l-edizzjoni se tikkonsisti minn sensiela ta’ dibattiti pubbliċi, li fihom esperti internazzjonali u lokali, kif ukoll il-pubbliku ġenerali, huma mistiedna biex jiddiskutu t-tema ta’ ‘Riżorsi Komuni’ u kif dan jirrelata ma’ Malta. It-tliet temi prinċipali huma x-xogħol, l-ambjent u l-patrimonju u kif il-fruntieri u l-komunitajiet qed jiġu sfidati permezz ta’ suġġetti lokali jaħarqu bħal dak tal-migrazzjoni. Diskussjonijiet madwar mejda se jsiru bejn is-2 u s-7 ta’ filgħodu, fiż-żewġ ġranet.Nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Novembru fis-7 ta’ filgħaxija, iż-żeffiena Tuneżini Chakib Zidi u Mohamed Ali Agrebi (Dali) se joħolqu atmosfera mill-isbaħ fi Ġnien is-Serenità, permezz tar-rappreżentazzjoni tagħhom, Meeting Fingers. Se jieħu sehem ukoll l-artist Menekse Samanci, mit-Turkija, li se jippreżenta l-installazzjoni interattiva tiegħu bl-isem ta’ Save the Peace, nhar is-Sibt, 24 ta’ Novembru fis-7 ta’ filgħaxija.
Fl-istess post se sseħħ ukoll ċelebrazzjoni tal-għeluq, b’kollaborazzjoni mal-Mahalla Festival, matul il-lejla tal-25 ta’ Novembru. Dan il-festin jimmarka t-tmien u s-suċċess tas-serje ta’ avvenimenti marbuta ma’ Utopian Nights.
Utopian Nights huwa maħluq minn Elise Billiard u organizzat minn Valletta 2018, Elise Billiard, Sarah Farrugia, Janelle Borg u Andrea Pullicino.