Fil-jiem li ġejjin ser tiġi f’pajjiżna l-Kummissjoni Venezja, li hi waħda mill-aqwa kummissjonijiet fejn tidħol is-saltna tad-dritt fost oħrajn. Il-Kummissjoni ġejja f’pajjiżna fuq talba tal-Gvern Malti sabiex tanalizza fost oħrajn l-istituzzjonjjiet ta’ pajjiżna u diversi proċessi kemm legali u oħrajn le. Ħabbar dan il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet bit-tema ‘Malta ngħixu s-suċċess’. Il-Ministru tkellem ukoll dwar id-diversi miżuri tal-Budget dwar il-Kultura u anke kif fil-ġimgħat li ġejjin se jinbeda l-proċess sabiex il-Qorti ssir waħda awtonoma.
L-istess konferenza kienet indirizzata mis-Segretarji Parlamentari Silvio Parnis u Deo Debattista.
Parnis qal kif f’dan il-Budget il-Gvern żied l-allokazzjoni għall-Gvernijiet lokali b’€7 miljun. Min-naħa tiegħu l-Onor. Debattista ta rendikont ta’ dak li ġara matul din is-sena fil-Valletta 2018, u kif ukoll kif il-Gvern irnexxielu jraħħas ammont ta’ mediċini