Il-Fondazzjoni Aditus li taħdem fis-settur tad-drittijiet tal-bniedem qalet li hija xxokkjata bil-kummenti tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech li qabbel in-nies fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa max-xadini. Skont hu dak li fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa qisu ‘Planet of the Apes.’
“Ixxokkjati bil-kummenti u l-lingwaġġ tad-deputat Grech,” qalu l-Aditus li fakkru li huwa l-kelliem għall-familja u s-Solidarjetà Soċjali. Huma qed jitolbu apoloġija pubblika u li jirtira l-kummenti li fi kliemhom huma inkompatibbli mal-irwol tiegħu.
Id-diskors ta’ Grech ġab kundanna fil-Parlament bid-deputat Glenn Bedingfield dalgħodu jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra dak li qal u jikkundannah.