Il-familji Maltin u Għawdxin qed igawdu minn roħs fit-tariffi tad-dawl u l-lilma li qed iħalli fi bwiethom u bwiet in-negozji iktar minn €80 miljun ewro fis-sena.
Jekk kien hawn gvern li ma tax kas il-familji kien l-aħħar gvern tal-Partit Nazzjonalista li għabbihom b’piżijiet bla preċedent għal dan is-servizz essenzjali. Gvern immexxi minn Joseph Muscat naqqas dak il-piż u filwaqt li fl-Ewropa l-prezzijiet tal-elettriku telgħu f’Malta baqgħu orħos.
Kull bidla li se jkun qed jagħmel il-gvern biex igawdu iktar il-familji se tkun qed issir biex tirranġa sistemi li ilhom minn żmien gvernijiet nazzjonalisti. Għax minn dakinhar l-uniku ħaġa li nbidlet hija li għandna tariffi ferm orħos.