Erbgħa ġimgħat biss wara li l-Prim Ministru ħabbar li Malta kienet qed tħares b’interess lejn is-settur tal-inteliġenza artifiċjali, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-innovazzjoni Silvio Schembri nieda Malta.AI, li se tkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ dan is-settur f’pajjiżna.
Bħalissa Malta tinsab fost l-ewwel għaxar pajjiżi li qed jaħdmu biex idaħħlu dan is-settur bħala pilastru ieħor tal-ekonomija tagħhom. Huwa spjega kif permezz tal-Inteliġenza Artifiċjali hemm potenzjal kbir ta’ tkabbir ekonomiku ta’ aktar minn ħmistax-il triljun ewro sas-sena elfejn u tletin.
“LLUM BDEJNA CHAPTER ĠDID FEJN TIDĦOL L-ARTIFICIAL INTELLIGENCE. L-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI LI BAŻIKAMENT INTI JKOLLOK DEĊIŻJONIJIET TA’ DATA LI ROBOT JEW MAGNA IKUN JISTA’ JIPROĊESSA BĦALMA JAGĦMEL IL-BNIEDEM IŻDA B’MOD MILL-AKTAR EFFIĊJENTI.”
It-task force li tnediet dwar l-intelliġenza Artifiċjali se titmexxa mis-Sur Wayne Grixti, bil-kumplament tal-membri huma esponenti ewlenin fil-qasam fosthom avukati li jispeċjalizzaw fl-intelliġenza artifiċjali u blockchain, esperti tal-IT u akkademiċi.
L-intelliġenza artifiċjali bħalissa diġà qed tiġi implimentata f’numru ta’ setturi differenti fosthom l-immaniġġjar tat-traffiku, fis-swali tal-operazzjonijiet u fil-banek internazzjonali.
Preżenti għal din il-konferenza kien hemm ukoll Sofia, l-ewwel pupa robotika li taħdem bl-intelliġenza artifiċjali. Ben Goertzel wieħed mill-imħuħ wara din il-pupa rivoluzzjonarja spjega kif f’ċerti aspetti Sofia saret ferm aktar effi1jenti mill-moħħ tal-persuna umana.
“SHE CAN COMMUNICATE WITH PEOPLE, SHE DOESN’T UNDERSTAND EVERYTHING THE HUMAN DOES, SHE CAN RECOGNISE A FEW EMOTIONS AND CAN SEE WHAT O ARE DOING. BUT SHE CAN DO SOME THINGS THAT HUMAN CAN DO LIKE BETTER ARITHMETICS, SHE CAN LOOK UP INFORMATION ON THE INTERNET AND WITHIN HER MIND. SHE LACKS COMMON SENSE ABILITIES ASWELL. WE ARE MAKING HER SMARTER AND SMARTER EVERY YEAR. WE HOPE THAT IN A FEW YEARS SHE WILL BE AS SMART AS A PERSON BUT WE’RE NOT THERE BY ANY MEANS”
Goertzel temm billi qal li l-Intelliġenza Artifiċjali mhix bħal dik li qed tiġi proġettata fis-swali taċ-ċinema u bl-ebda mod m’aħna se naraw pupi robotiċi bħal Sofia jieħdu f’idejhom it-tmexxija tad-dinja.