Mill-bidu ta’ Novembru, il-passiġġiera fuq il-linja tal-ajru Ryanair se jibdew iħallsu għal hand luggage li jtellgħu magħhom matul it-titjira.
F’Awwissu li għadda, ir-Ryanair ħabret li għal kull hand luggage li tiżen 10kg tkun b’xejn filwaqt li min Novembru, għal kull hand luggage, passiġġier irrid iħallas bejn €6 u €10.
Il-linja tal-ajru sostniet li din il-bidla qed isseħħ għaliex kien qed ikun hemm dewmien peress li l-passiġġiera kien qed itellgħu ħafna hand luggages.