Ġuvni Olandiż ta’ 31 sena ammetta li daħħal Malta €18,870 fi flus kontanti. Il-Qorti sabet lill-akkużat ħati li daħħal aktar minn €10,000 mhux iddikjarati u ordnat multa ta’ €2,217.50 fuq it-€8,870 li kienu aktar milli taċċetta l-liġi.
Il-Qorti kkonfiskat ukoll il-flus kollha li qabżu l-€10,000 jiġifieri €8,870.
Id-difiża tmexxiet mill-avukat Dr Joe Giglio bil-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley.