Ħamruniż ta’ 34 sena tressaq il-Qorti akkużat li għal perjodu ta’ sena u nofs kellu x’jaqsam mat-tifla tal-eks sieħba tiegħu li dak iż-żmien kellha tnax-il sena.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat tal-akkużat abbażi li ma hemmx riskju li jaħrab minn Malta u għandu indirizz fiss hekk kif għadu jgħix għand il-ġenituri tiegħu.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal dan hekk kif l-imputat baqa’ jiltaqa mat-tifla tal-eks sieħba tiegħu u minn logħba tal-football spiċċa billi kellu x’jaqsam magħha fil-karozza. Il-prosekuzzjoni spjegat kif it-tifla ta’ 13-il sena ġabha dipendenti fuq ir-relazzjoni sesswali li bena magħha. Qal ukoll li r-relazzjoni bdiet minn meta t-tifla kellha l-eta ta’ 12-il sena.
Id-difiża spjegat kif tfal ta’ 13-il sena qed jidhru maturi aktar u f’dan il-każ kien hemm każijiet fejn it-tifla batet ritratti tagħha indiċenti lill-akkużat.
Madankollu hekk kif baqa’ numru ta’ xhieda x’jixhdu l-Qorti ma tatx il-ħelsien mill-arrest bir-raġel jibqa’ jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.