Fi stqarrija, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta qegħda twissi lil pubbliku dwar entità li topera bl-isem ta’ Maltese Scudo, li huwa marbut mal-munita virtwali tal-cryptocurrency, li għandha sit tagħha onlajn li mhix liċenzjata jew awtorizzata mill-MFSA.
Din l-entità tindika li qed topera minn indirizz f’Malta, iżda l-MFSA mhux temmen li dan hu l-każ.
L-MFSA appellat lil konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex qabel ma jagħmlu kwalunke investiment jew jidħlu f’transazzjoni ta’ servizz finanzjarji jaċċertaw lillhom infushom li l-entità hija awtorrizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji kif inhu konform mal-liġijiet.
Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-Awtorità hija disponibbli mingħand l-MFSA u tista’ tiġi aċċessata minn fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq http://www.mfsa.com.mt/pages/licenceholders.aspx.