Bl-approvazzjoni ta’ Dr George Hyzler bħala Kummissarju għall-Istandards, daħlet fis-seħħ bidla oħra favur governanza tajba.
Dan hekk kif din il-ħatra se żżid l-iskrutinju fuq il-politiċi.
Din hi bidla hija biss waħda minn sensiela li daħlu bir-rieda ta’ Gvern Laburista li għandu rekord ta’ liġijiet maħsuba għal dan il-għan.
Filfatt din l-istess bidla tingħaqad mal-awtonomija tal-parlament u l-kumitat għall-iskrutinju ta’ ħatriet pubbliċi, fost oħrajn.
Fi stqarrija, l-Partit Laburista qal li dan hu gvern li jerħi minn idejh il-poter għax hu gvern li jemmen tassew fid-demokrazija u jsaħħaha b’mod konkret bil-miżuri li jieħu.