L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess għal ħolqien, tisbiħ u rinovar ta’ erba’ spazji miftuħa fis-Siġġiewi, in-Naxxar, Ħad-Dingli u l-Ħamrun. Fi stqarrija l-PA spjegat kif il-proġett tas-Siġġiewi se jkun qed jinkludi r-riabilitazzjoni tal-Park ta’ Għar Lapsi bix-xogħlijiet jinkludu żona fejn wieħed jista’ jilgħab bil-ballun li se jkun qed ikollha art b’materjal apposta għas-sigurt.
Apparti minn hekk se tkun qed tiġi installata sistema tad-dawl ġdida li tnaqqas it-tniġġis b’dawk li se jkunu qed iżuru l-Park se jkunu jistgħu jgawdu minn xena mill-isbaħ taż-żona ta’ Għar Lapsi.
Fin-Naxxar se jkun qed jinħoloq spazju miftuħ li jinkludi l-installazzjoni ta’ gym fil-miftuħ, għamara ta’ barra u kif ukoll faċilitajiet oħrajn għal aktar aċċessibilità.
Il-proġett f’Ħad-Dinfli se jkun qed jinkludi ġardina ġdida b’gym fuq barra u kif ukoll parkeġġ. Filwaqt li fil-Ħamrun fi Triq il-Franġiskani, se tkun qed tinħoloq pjazza miftuħa biż-żona tal-madwar se tkun qed isirilha tisbiħ.