Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed iwissi biex persuni li huma allerġiċi għall-mustarda ma jieklux minn dawn il-prodotti tad-ditta The Italian Gringo.
Jidher li d-Direttorat irċieva informazzjoni mill-kumpanija li timporta dawn il-prodotti li fihom traċċi ta’ mustarda li m’humiex iddikkjarati fit-tikketti tal-prodott. Jidher ukoll li hemm ċans li dawn il-prodotti ma ġewx mibjugħa Malta.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333.