Id-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħarġet twissija dwar Eman Zammit wara li dan għamel xogħol ħażin ta’ membrane. Il-każ ħareġ fil-beraħ wara li mara li ħaded sussidju ta’ €360 mill-Awtorità tad-Djar biex tirranġa d-dar, sarilha xogħol ħażin fuq il-membrane.
Jidher li Zammit, li għamel ix-xogħol fuq il-membrane fid-dar tal-mara, issejjaħ quddiem it-Tribunal iżda ma weġibx għas-sejħa u lanqas attenda. It-Tribunal iddikkjara li l-verżjoni li tat il-mara kienet kredivvli u ordna li Zammit iħallas lura it-€360.