Kull wieħed u waħda mill-189 passiġġier abbord it-titjira JT 610 mietu wara li ġġarraf ajruplan tal-linja tal-ajru Lion Air aktar kmieni llum.
Fost il-fdalijiet li nstabu fil-baħar fejn waqa’ l-ajruplan, kien hemm par żarbun ta’ tarbija.
L-ajruplan iġġarraf fil-baħar ftit wara li telaq mill-ajruport ta’ Jakatra, l-Indoneżja.
Jidher li l-ajruplan tilef il-kuntatt mat-torri tal-kontroll fl-ajruport, u spiċċa madwar 40m taħt l-ilma.
Abbord kien hemm 178 adult, tliet itrabi, u membri tal-ekwipaġġ.