Munita ġdida tan-nofs sterlina Ingliża se tfakkar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea s-sena d-dieħla.
Din mistennija tkun imħabbra mill-Kanċillier Philip Hammond aktar tard illum, hekk kif se jitħabbar baġit ta’ emerġenza għar-Renju Unit f’każ li ma jintleħaqx ftehim dwar Brexit.
L-aħħar darba li l-munita tan-nofs sterlina tbiddlet kien fl-1998, meta r-Renju Unit mexxa l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Għadu mhux magħruf kif se tkun qed tidher din il-munita l-ġdida.