Ġie inawgurat monument dedikat lill-vittmi tal-logħob tan-nar fil-ġnien Sir Anthony Mamo f’Birkirkara. Il-monument jikkomemora 12-il vittma Karkarizi li sfortunatament iltaqgħu mal-mewt huma u jaħdmu n-nar għall- festa ta’ Santa Liena bejn l-1929 u l-2007.
Iċ-ċerimonja bdiet b’quddiesa bis-sehem tat-3 baned Karkarizi. Waqt kelmtejn tal-okkażjoni, is-Sindku ta’ Birkarkara, Joanne Debono Grech, qalet li l-monument kien ix-xewqa ta’ ħafna Karkariżi għal diversi snin. Hija rringrazzjat lil kull min kien involut fl-istadji kollha biex isir il-monument, u sostniet ukoll li dan il-monument huwa xempju ta’ kif il-poplu Karkariż qatt ma qata’ qalbu.
Hija amlet appell lil kull min jgħaddi biswit il-monument biex jieqaf minuta u jiftakar f’dawn il-persuni li ħadmu u ssagrifikaw ħafna, tant, li ħallew ħajjithom sabiex sena wara sena il-festa ta’ Santa Liena tkun mdawwla b’logħob tan-nar mill-isbaħ.
Dan il-mafkar ġie deskritt ukoll bħala espressjoni tal-qalb Karkariża li ma tħalli lil ħadd waħdu.