Raġel indarab gravi wara li l-mutur li kien passiġġier fuqu tilef il-kontroll waqt li kien qed jinstaq fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li raġel Ingliż ta’ 43 sena, residenti tas-Sliema, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla KSR u waqa’.
Raġel Ingliż ta’ 40 sena, residenti tas-Sliema li kien passiġġier fuq l-mutur sofra xi ġrieħi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 40 sena l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Iktar tard, huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Ix-xufier ma sofriex ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn l-inċidenti għadhom għaddejjin.