Il-pulizija qed tinvestiga każ dwar filmat li qed jixtered fuq il-midja soċjali fejn juri ġuvni u tfajla jabbużaw mid-droga kokaina waqt attività sesswali.
Il-filmat, li b’responsabilità dan l-istazzjon mhux qed ixandar juri l-ewwel tfajla f’toilet, aktar fi stabbiliment tabbuża mid-droga kokaina waqt sess orali.Ftit sekondi wara jidher il-ġuvni jnewwel il-mobile lit-tfajla wara li kien hu stess qed jiġbed il-filmat u jieħu d-droga minn fuq ġisem it-tfajla.
Fil-filmat il-ġuvni għad attent li ma jurix wiċċu filwaqt li wiċċ it-tfajla jidher b’mod ċar.
Huma jidhru jitkellmu bil-Malti u għalkemm jidhru taħt l-effett tad-droga, xorta kienu konxji li qed jiġbdu l-filmat.
F’mistoqsijiet li ntbagħtu lill-pulizija, ONE News staqsa dwar il-passi li mistennija jittieħdu.
Il-pulizija sostniet li wara l-investigazzjoni se tkun qed tieħu passi legali kontra min ixerred il-filmat.
Il-pulizija appellat ukoll biex min jirċievi dan il-filmat ma jiftħux u jekk ikun jaf is-sors minn fejn oriġina għandu jinforma minnufih lill-pulizija.