Xufier ħelisha ħafif wara li għal xi raġuni nqaleb bil-vann f’San Pawl il-Baħar.Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:30 fi Triq l-Erba’ Imwieżeb f’San Pawl il-Baħar meta għal xi raġuni x-xufier tilef kontroll tal-vann bil-konsegwenza li nqaleb.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija bix-xufier joħroġ mill-vettura mingħajr ebda ġrieħi.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.