Il-pazjent li skont id-Deputat Nazzjolalista Chris Said tielf ħajtu b’attakk tal-qalb għaliex ħelikopter ma wasslux l-Isptar Mater Dei fil-ħin, ingħata l-għajnuna medika kollha li kellu bżonn, kemm Malta, kif ukoll f’Għadex. Dan qalitlu l-inkjesta li kienet ordnata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
L-inkjesta qalet ċar, li kontra għal dak allegat minn Chris Said ilbieraħ fil-Parlament, l-inkejsta turi li l-kura li ngħatat lil dan il-pazjent kienet skont standards internazzjonali u l-aqwa prattika fis-settur mediku.
L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex żamm mal-protokoll stabbilit dwar x’għandu jsir meta pazjent ikollu bżonn jintbagħat Malta għal aktar kura, u kien hemm arranġamenti biex dan jittieħed bil-ħelikopter l-isptar Mater Dei. L-inkjesta tgħid ukoll li hija prassi normali li pazjent jintbagħat bil-vapur tal-Gozo Channel jekk it-tim mediku tal-isptar iħoss li dan ikun xieraq. Jidher ukoll li ma kien hemm ebda diffikultà waqt it-trasferiment tal-pazjent in kwistjoni.
Il-Gvern qal li d-Deputat Nazzjonalista Chris Said ingħata ċ-ċans li jara r-rapport sħiħ tal-inkjesta b’mof kunfidenzjali.