Il-President Amerikan Donald Trump ħareġ jattakka lill-midja fuq il-mod kif irrappurtat is-sensiela ta’ theddid ta’ bombi li lbieraħ saru fuq il-kamra tal-aħbarijiet ta’ CNN, u uffiċjali Demokratiċi għolja, fosthom Bill u Hillary Clinton, u l-eks President Barack Obama.
F’kummenti lill-ġurnalisti, Trump qal li l-midja kienet ostili, u appella biex din ma tkunx eċċentrika f’kitbietha.
Kritiċi tal-President Trump sejħulu ipokrita wara li qal dan il-kumment.
Intant, ebda bil-pakketti suspettużi li ntbagħtu lbieraħ ma ħadu. L-FBI għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.