Il-karreġġjata fil-Marsa-Ħamrun bypass li twassal għan-naħa ta’ Fuq ta’ Malta se tingħalaq għat-traffiku bejn it-20:00 u l-05:00 biex jitlesta xogħol fuqha.
Dan tħabbar minn Infrastruttura Malta fuq il-paġna soċjali tagħhom ftit tal-ħin ilu.
Kien spjegat ukoll li trejqiet minn Triq Diċembru 13 għall-Marsa-Ħamrun bypass li jagħtu għat-Tramuntana ta’ Malta wkoll se jkuun magħluqa.
Sewwieqa huma mħeġġa jsegwu sinjali tat-traffiku u rotot alternattivi mill-Marsa, l-Imsida, Ħal Luqa, jew Ħal Qormi.
Ix-xogħol li se jkun qed isir bejn illejla u għada filgħodu huma parti mill-proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ dawn it-toroq, li qed isir b’investiment ta’ €5 miljun.
Pulizija u Uffiċjali minn Transport Malta se jkunu fuq il-post biex jiggwidaw lis-sewwieqa.