“Dan hu Budget li se jkompli jixhed it-tkabbir ekonomiku li qed ikollna fil-gżejjer Maltin”
Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu Joe Muscat fejn qal kif fil-konnettività l-Air Malta kienet fattur li kompla s-suċċess fiż-żidied fin-numri turistiċi u bħala assoċjazzjoni jemmnu li meta l-affarijiet fit-turiżmu sejrin tajjeb, għandu jkompli jitjieb il-prodott turistiku Għawdxi.
Spjega kif fosthom insibu l-implimentazzjoni tal-masterplan tax-Xlendi u ta’ Marsalforn u kif ukoll se jkun qed jingħata bidu għall-bini tal-Gozo Aquatic Centre li se jkun qed joffri titjib tal-prodott turistiku Għawdxi.
Temm billi qal li bħala assoċjazzjoni dak li pproponew ġie indirizzat.