Żewġ Bulgari qed jinżammu arrestati mill-Pulizija wara li nstab li kienu fil-pussess ta’ oġġetti relati mal-isgass tas-sellaturi fost oġġetti oħrajn.Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda għall-ħabta tan-nofs siegħa (0030hrs), waqt li l-Pulizija ta r-Rapid Intervention Unit, kienu qed jagħmlu spezzjo nijiet ġewwa Triq Mikiel Anton Vassallo, San Ġiljan, waqqfu vettura tal-għamla Hyundai i20, li dehret suspettuża.
Waqt tfittxija li saret fil-vettura, instabu diversi oġġetti li jintużaw biex jiġu sgassati s-sellaturi, balaklavi u oġġetti oħra fost l-oħrajn. Żewġt irġiel ta’ nazzjonalita’ Bulgara li kienu fl-imsemmija vettura, ġew arrestati fuq il-post .
Il-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali qed jinvestigaw dan il-każ.