Minn Jannar li ġej, il-pagament fil-ġimgħa li jirċievu persuni b’diżabiltà se jiżdied minn €140 għal €150.
Minbarra hekk, l-iskema se tiġi estiża għal 600 persuna oħra, se jkunu qed jingħataw id-dinjità li veru jixirqilhom.
Meta ħabbar din il-miżura fil-Parlament bħala parti mill-baġit għall-2019, il-Ministru Edward Scicluna qal li l-miżura se tikkumplimenta skemi oħra ta’ dan il-gvern tul l-aħħar leġiżlatura u din preżenti, fosthom li jinstabilhom xogħol, li tittejbilhom il-pensjoni, il-bini ta’ diversi djar għal għajxien indipendenti, u t-twaqqif tal-fond tad-Diżabiltà.
Il-miżura mħabbra llum hija fażi oħra tar-riforma fl-assistenza għal diżabiltà li bdiet is-sena li għaddiet, fejn persuni b’diżabiltà li assolutament ma jistgħux jaħdmu, jieħdu l-ekwivalenti tal-paga minima.