Il-Gvern se jżid iċ-Children’s Allowances lil kull familja bi dħul gross ta’ anqas minn €20,000 dis-sena, biex b’hekk, tfal ta’ ħaddiema b’paga minima se jibdew jieħdu l-ogħla rata. Din hija l-ewwel żieda fiċ-Children’s Allowances fi 11-il sena, u f’ċertu każijiet, fi 23 sena.
Il-Ministru Edward Scicluna qal li huwa stmat li madwar 24,600 tifel u tifla minn 16,500 se jgawdu minn din il-miżura.
L-ogħla rata ta’ Children’s Allowance se tkun qed tiżdied sa massimu ta’ €96 fis-sena għal kull wild. Din il-miżura se tiswa €2 miljun fis-sena.
|