Se jibqa’ fis-seħħ il-ftehim Nazzjonali li sar fl-2017 li pprometta żieda fil-paga minima. Il-ftehim stipula li impjegati fuq il-paga minima jittellgħu minnha wara li jkunu ilhom sena fl-impjieg ma’ min iħaddimhom. Il-ħaddiem ikun intitolat għal żidiet ta’ €3 fil-ġimgħa tul it-tieni sena fl-impjieg, u fit-tielet sena għal żieda ta’ €3 addizzjonali fil-ġimgħa.
Dan ifisser li l-ħaddiema kollha li kienu fuq il-minimum wage fl-2017, din is-sena ingħatatilhom żieda ta’ tliet ewro fil-ġimgħa u s-sena d-dieħla tingħatalhom tliet ewro fil-ġimgħa.
Fl-istess ħin, ħaddiema li jkunu qegħdin jaqilgħu aktar mill-paga minima bażika, se jkunu intitolati għal parti miż-żidiet fit-tieni u t-tielet sena tal-impjieg.