Mill-bidla fl-amministrazzjoni sas-sena li għaddiet ir-residenti Għawdxin fix-xogħol żdiedu bi 3,085. Dan ifisser li ż-żieda kull ġimgħa fl-aħħar ħames snin kienet ta’ 12-il ħaddiem ġdid. Din ir-rata ta’ tkabbir fl-impjiegi hija d-doppju ta’ qabel il-bidla fil-gvern. Kienet statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika iktar kmieni din il-ġimgħa li tikkonferma dan kollu biex tixhed kemm ilGvern qed jimplimenta l-wegħda tiegħu ta’ xogħol f ’Għawdex għall-Għawdxin. Fl-2017 in-numru ta’ residenti Għawdxin jaħdmu full-time jew part-time żdied għal 15,677. Li tfisser żieda oħra ta’ 979 fuq l-2016.
Jekk wieħed iħares ukoll lejn l-ammont ta’ residenti Għawdxin li barra xogħol fulltime sabu xogħol part-time, iż-żieda fl-impjiegi titla’ għal aktar minn 1,300. Il-parti l-kbira ta’ din iż-żieda kienet f ’postijiet tax-xogħol f ’Għawdex stess. Fil-fatt fl-aħħar ħames snin, l-ammont ta’ impjiegi f ’Għawdex stess żdied b’2,356. Li jfisser li kull ġimgħa kien hemm żieda ta’ disa’ impjiegi f ’Għawdex. B’kuntrast fil-leġiżlatura preċedenti, kull ġimgħa kien hemm żieda ta’ anqas minn tnejn. Din hija l-aqwa konferma li l-Gvern qed iwettaq il-wegħda ta’ xogħol f ’Għawdex għall-Għawdxin. Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-impjiegi ġodda kienu mas-settur privat.
Tant hu hekk li l-proporzjon ta’ persuni residenti f ’Għawdex li jaħdmu mas-settur privat tela’ minn 54% fl-2010 għal 58% fl-2017. Meta wieħed iħares lejn impjiegi fil-gżira ta’ Għawdex stess, isib li filwaqt li fl-2010 58% kienu mas-settur privat, issa dan il-proporzjon tela’ għal 61%. Fost l-aktar setturi fejn inħolqu impjiegi ġodda f ’Għawdex stess, wieħed jinnota l-qasam tas-servizzi professjonali u amministrattivi b’żieda ta’ 839 full-timer. Il-ħaddiema f ’dawn l-oqsma llum huma kważi tliet darbiet l-ammont fl-2012.
Ma’ dawn kien hemm żieda ta’ 453 fis-settur tal-bejgħ u t-turiżmu, żieda ta’ 15% fuq ħames snin. Fil-manifattura wara snin ta’ tnaqqis, f ’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm żieda ta’ 102. L-istess seħħ fil-qasam tasservizzi kreattivi, fejn wara snin ta’ tnaqqis, f ’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm żieda ta’ 124. Fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni kien hemm żieda ta’ 115, bis-settur jirdoppja