“Ninsab maħsud bil-kbir. Ma nsitax nemmen li kellek tħallina b’dan il-mod. Kont raġel b’qalb kbira, żgur mhux forsi se nħossu t-telfa tiegħek.” Dawn huma ftit mill-bosta messaġġi li tħallew fuq il-profil ta’ Facebook ta’ Chris Marlin, is-sewwieq tal-mutur ta’ 50 sena li tilef ħajtu kmieni dalgħodu f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien.
Marlin kien deskritt minn sħabu u qrabatu bħala bniedem li jħobb il-ħajja u dejjem lest biex jgħin lil dak li jkun.
Hu tilef ħajtu meta tilef kontroll tal-mutur tal-għamla Kawasaki bil-konsegwenza li baqa’ jitkaxkar għal diversi metri.