Il-Parlament tal-Maċedonja vvota biex tibda l-proċedura kostituzzjonali sabiex formalment tibdel l-isem tal-pajjiż għar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq.
Il-maġġoranza meħtieġa, iġiferi żewġ terzi tal-Parlament, 80 minn 100 u 20 deputati, appoġġjaw il-bidu tal-proċess.
F’Ġunju, il-pajjiż leħaq ftehim mal-Greċja fuq l-isem wara 27 sena ta’ taħdidiet.
Il-Greċja kienet użat il-veto fuq in-nomina tal-Maċedonja biex tingħaqad man-Nato u l-Unjoni Ewropea, hekk kif il-Greċja beżgħet li l-Maċedonja jkollha xi jedd fuq reġjun fit-Tramuntana tal-Ġreċja li jġorr l-istess isem tal-Maċedonja.