‘Orfeo and Majnun’ hija opra b’differenza li ser tittella’ fi tmiem din il-ġimgħa f’Dar il-Meditteran għall-konferenzi fil-Belt. B’taħlita ta’ mużika u teatru li se ġġib flimkien żewġ leġendi, dik Griega ta’ Orfeo u Euyrdice flimkien ma’ dik tal-Lvant Nofsani ‘Leyla u Majnun’.
Dan bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Valletta 2018 li se tittella’ fi tliet lingwi differenti f’daqqa l-Ingliż, l-Għarbi u l-Malti, bis-sehem ta’ bosta artisti internazzjonali u bl-interpretazzjoni ewlenija ta’ Clare Agius.
Id-Direttur Artistiku Airan Berg, qal li ladarba tintilef l-imħabba, il-personalitajiet iduru għall-annimali:
“These two love stories have some similar motives as both Orpheum and Majnun are poets and song writers and both have beautiful but painful stories with and Laila”
L-opra hija produzzjoni ta’ Valletta 2018 bi sħubija ma’ entitajiet internazzjonali oħra fosthom La Monnaie, Festival d’Aix-en-Provence, Wiener Konerthaus, Operadagen, Santa Maria da Feira fost oħrajn.
F’din l-opra se tieħu sehem orkestra armata sa sninha kif ukoll diversi kantanti, id-direttur spjega kif l-orkestra hija taħlita ta’ mużiċisti mill-MPO u mużiċisti Ewropej. Fakkar kif dan il-proġett huwa maqsum f’żewġ partijiet, il-Ġimgħa, is-Sibt, u l-Ħadd.
Ġimgħa wara se tittella’ parata fit-toroq tal-Belt Valletta u li fiha se jieħdu sehem aktar minn 1,500 elf persuna flimkien ma’ pupi ta’ annimali ġkanteski.