Pajjiżna kellu l-ikbar żieda ta’ xogħol disponibbli (job vancacy) fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan meta wieħed iqabbel l-ewwel kwart ta’ din is-sena ma l-ewwel kwart tas-sena li għaddiet.
B’żieda ta’ 1.2% Malta kellha żieda ikbar mil-Latvja (1%) u r-Repubblika Ċeka (0.8%).
Dan jirriżulta minn ċifri ppublikati mill-Eurostat. Malta kellha l-ogħla rata ta’ xogħlijiet disponibbli bi 3.6%. Għalkemm din mhux bilfors titqabbel eżatt mal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea minħabba metodi differenti kif tinħadem l-informazzjoni, hija wkoll l-ogħla waħda meta mqabbla ma’ pajjiżi bl-istess sistema. Dan għax filwaqt li Malta kellha rata ta’ 3.6%, d-Danimarka kellha rata ta’ 1.8%, Franza u l-Italja 0.8%