Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 44 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà meta kienu fuq dgħajsa tal-injam 58 mil nawtiku ‘l barra min-Nofsinhar ta’ Lampedusa.
Fi stqarrija l-AFM spjegat kif wara li l-Italja rrifjutat li toffri post sigur u appoġġ loġistiku lill-vapur, bil-kundizzjonijiet tat-temp jaffettwaw iż-żona, l-AFM bagħtet bastiment minn tagħha biex issalva l-immigranti wara li nġabru minn bastiment li kien fil-viċinanzi.
L-immigranti se jkunu jaslu Malta aktar tard illejla. Dan mhux se jkun qed jippreġudika l-pożizzjoni ta’ Malta fil-liġi internazzjonali.