Għadd ta’ toroq f’Raħal Ġdid se jkunu qed jingħataw numri ġodda tal-bibien. Dan skont is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali.It-toroq imsemmija huma Triq id-Dgħajjes, Triq Emmanuel Grech, Triq l-Irvellijiet 1958, Triq Santa Bernadette Soubirous u Triq Toni Ellul, f’Raħal Ġdid.
L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta’ Ottubru, 2018, u jidher ukoll fil-websitetal-Kummissjoni Elettorali taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mit-12 ta’ Ottubru, 2018.