Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea wera kif il-Maltin huma ferm iktar sodisfatti mill-mod kif taħdem id-demokrazjija f’pajjiżhom milli huma ċ-ċittadini fil-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea.
Filwaqt li 62% tal-Maltin ddikjaraw sodisfazzjon totali għal mod kif taħdem id-demokrazija f’pajjiżhom, il-medja fl-Unjoni Ewropea kienet tlaħħaq it-58%. Il-medja Ewropea ta’ nies li mhumiex sodisfatti bil-mod kif qed taħdem id-demokrazija fl-Ewropa hija ta’ 39%, u f’Malta hija inqas f’livell ta’ 30%.
Il-Maltin jafdaw lill-partiti politiċi iktar minn kemm jafdawhom l-Ewropej. Il-Maltin jafu iktar mill-Ewropej meta ġejjin l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u juru iktar interess.
B’51% taċ-ċittadini jiddikjaraw li huma interessati fl-elezzjonijiet, il-prijoritajiet tal-kampanja taċ-ċittadini evolvew matul l-aħħar sitt xhur. L-immigrazzjoni issa hija fuq nett tal-aġenda (50%) segwita mill-ekonomija (47%) u l-qgħad fost iż-żgħażagħ (47%), filwaqt li l-ġlieda kontra t-terroriżmu tinżel għar-raba’ post b’44%.
L-ogħla prijorità għall-Maltin għall-elezzjonijiet Ewropej li jmiss tibqa’ l-immigrazzjoni. 76% qalu li dan huwa t-tħassib ewlieni tagħhom, 11-il punt iktar minn April.