Albaniża ta’ 28 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u karozza aktar kmieni llum f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:30 fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa, meta mutur tat-tip BMW, misjuq minn Albaniż ta’ 44 sena, li fuqu kien hemm il-vittma passiġġiera, ħabat ma’ trakk misjuq minn raġel ta’ 51 sena mill-Mosta.
Fuq il- post issejħet ambulanza li ħadet minnufih lill-vittma l-isptar Mater Dei, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.